Monday, June 11, 2012

Il-Kelba Tiegħi

Għandi kelba sewda faħma,
Tgħidx kemm tifraħ meta nqum,
Meta nasal mill-iskola wara l-bieb tistenna tkun.

Meta nkun indoqq il-kitarra,
Mill-ewwel taraha ġejja fil-kamra,
Fi żmien is-sajf l-hena tagħha toqgħod tixxemmex fuq il-bejt.

Meta jkun daqt ħa jidlam, hi tkun preparata għall-mixja,
Għalhekk jiena dejjem magħha, għax jien mingħajrha ma jien xejn.

Chanelle Formosa
Winner of the Poetry Competition
World Book Week 2012

No comments: