

Il-klassi tal-Malti tal-Grade 8 ingħatalhom proġett li fih kellhom jagħżlu żewġt iħrejjef li jridu huma u jamalgamawhom flimkien. Għalhekk inkitbu stejjer fejn Sindirella u Pinokkjo ltaqgħu; fejn is-Sbejħa Rieqda u l-Qattus biż-Żarbun kellhom avventura; fejn Ġaħan u t-Tlett Iqżieqeż daħlu f’bawxata nobis; u ħafna u ħafna oħrajn.
Ix-xogħlijiet ta’ l-istudenti, apparti l-immaġinazzjoni fertilissima, għandhom preżentazzjoni mill-aqwa. Imżewqa b’bosta kuluri, disinji, stampi u rimiżolji oħra, fihom verament daqqa t’għajn sabiħa hekk kif tidħol fil-librerija.
Prosit tassew Grade 8!!
No comments:
Post a Comment